About Quinque

 
Quinque huwa proġett li għadu qed jiġi żviluppat u bħalissa jiffoka fuq l-aħħar rumanz bil-Malti ta' Alfred Sant li għadu kemm ħareġ taħt it-tikketta Quinque "Ir-Rumanz tal-Fieres Safran".
Il-websajt qed tagħti wkoll spazju lil xogħlijiet oħra ta' Alfred Sant.
Madankollu Quinque qed tipprepara biex tistieden u tippromwovi fuq l-istess mudell, il-publikazzjoni ta' xogħlijiet ġodda ta' kittieba oħra, bil-Malti u bl-Ingliż, fuq bażi koperattiva, bħala tikketta u eventwalment bħala dar ta' publikazzjoni.
Element ewlieni fil-metodu kopeattiv li qed jiġi żviluppat se jkun li l-awturi jkunu informati bis-sħiħ f'kif ix-xogħol tagħhom se jinħadem mill-bidu nett sal-aħħar.
Mhuwiex eskluż li Quinque tiżviluppa wkoll bħala pjattaforma ta’ djalogu u konfront artistiku u kulturali.

Quinque is new label publishing fiction and non-fiction in Maltese and English. Our first publication is Alfred Sant's latest Maltese language novel, Ir-Rumanz tal-Fieres Safran, and we are currently highlighting other works by Alfred Sant.
However, Quinque is preparing to host and sponsor new works by other authors in Maltese and English on a cooperative basis, first as a publishing label and eventually as a publisher.
The core philosophy that Quinque’s cooperative approach is that authors will be fully informed about how their work is being put forward, from beginning to end.
It is also not excluded that Quinque could develop as a platform for artistic and cultural dialogue and confrontation.